Involvi ruħek

Hemm diversi modi kif tista’ tiġi nvolut fix-xogħol tagħna f’The Marigold Foundation. L- organizzazzjonijiet li naħdmu magħhom huma dejjem fil-bżonn ta’ donazzjonijiet u għajnuna monitarja, għalhekk ikunu grati lejn kull inizzjattiva ta’ ġbir ta’ fondi li tista’ tissuġġerixxi, jew anke donazzjonijiet personali li tista’ tagħmel. Barra minnhekk, tista’ wkoll tagħti l-ħin tiegħek billi tiġi involut fix-xogħol ta’ xi entita’ direttament u tkun passjonali dwar ir-rwol tagħom fil-komunita’ tagħna. Dejjem hemm rwoli li hemm bżonn li jimtlew u xogħolijiet li hemm bżonn li jsiru, għalhekk aħna nkunu kuntenti jekk nismgħu minn għandek l-ideat tiegħek fuq kif tista’ tkun parti mix-xogħol li nagħmlu. Ikkuntattjana issa għal aktar informazzjoni.

Ikontribwixxi

Bħalissa The Marigold Foundation taħdem f’varjeta’ wiesgħa ta’ inizzjattivi

Barra milli nżidu l-għarfien, aħna wkoll niġbru fondi għal entitajiet li għandom bżonn l-aktar assistenza għalhekk ngħinu ftit minn dawk li huma mill-aktar vulnerabbli u fil-bżonn fis-soċjeta’ tagħna.

F’dan ir-rigward, kull naqra tgħodd, u aħna nsiru dejjem konxji ta’ każi speċjali li vera għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. Id-donazzjoni tiegħek tgħina ngħinuhom malajr kemm jista’ jkun, u aħna ninsabu grati lejn kull appoġġ li tista’ ittina.

Jekk tixtieq tagħmel donazzjoni lil The Marigold Foundation, jekk jogħoġbok ibgħat ċekk pagabbli lil The Marigold Foundation. Iin-numru tal-kont bankarju jiġi ppublikat dalwaqt.

Jekk tixtieq tagħmel donazzjoni lil The Marigold Foundation, jekk jogħġbok agħfas fuq rightDonate

Should you wish to make a donation to the Marigold Foundation, kindly click the link on the right

Inti fil-Komunita’

Agħti l-ħin tiegħek u agħmel differenza fid-dinja tiegħek

The Marigold Foundation tgħaqqad lin-nies u organizzazzjonijiet madwar diversi setturi fis-soċjeta’ tagħna.

Tixtieq tgħin? Għandek xi ftit ħin biex tagħmel ftit tal-ġid? Tixtieq issellef is-servizzi tiegħek lil NGO u torganizza attivita’ jew avveniment?

Aħna nistgħu ngħinuk tikkuntattja lill-entita’ li l-aktar għandha bżonnok, u b’hekk tkun tista’ tagħmel differenza tanġibbli u taħdem flimkien għal futur aħjar.

Biex tibda’, ikkuntattjana biex tgħidilna kif tixtieq tgħin.

Avvenimenti li ġejjin

Aħna ninsabu nvoluti b’mod regolari f’għażla ta’ avvenimenti eċitanti, minn attivitajiet edukattivi sa ġbir ta’ fondi mimlija enerġija.

Ħares lejn il-lista tal-avvenimenti li ġejjin sabiex tkun tista’ tingħaqad mal-waħda li jmiss. Ninsabu ħerqana li narawk!