Marigold fil-Komunita’

Aħna ninsabu hawn għalik. Ir-rwol tagħna u li nagħmlu tiegħek aktar faċli, kemm jekk qed tfittex l-għajnuna minn xi entita’, tittama li tikkollabora ma’ NGO oħra, jew tibda’ inizzjattiva li tista’ tagħmel differenza kbira lill-komunita’ tiegħek.

Aħna nissieltu biex inkunu l-ħolqa tal-katina bejn il-makro u l-mikro. Irridu ninkoraġġixxu nies u organizzazzjonijiet biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, kemm jekk bis-saħħa tal-edukazzjoni kif ukoll b’għajnuna tanġibbli.

Il-komunita’ tiegħek għandha bżonn l-għajnuna? Jekk inti tinsab konxju ta’ xi problema li aħna nistgħu niffaċilitaw, aħna ser nagħmlu l-almu tagħna biex niġu nvoluti u biex nagħmlu differenza. Ikkuntattjana llum biex tispjegalna t-tħassib tiegħek u xi ħadd min-nies tagħna jikkuntattjak biex jissuġġerilek kif nistgħu ngħinu.