Inawgurata klassi interattiva Gdida fil-YPU għal tfal u żgħażagħ b’problemi ta’ saħħa mentali

Inawgurata klassi interattiva Gdida fil-YPU għal tfal u żgħażagħ b’problemi ta’ saħħa mentali

 
Il- Fondazzjoni Marigold, immexxija minn mart il Prim Ministru, Michelle Muscat, iffinanzjat klassi interattiva gdida ghal tfal u adoloxxenti bi problemi ta’ sahha mentali li jiehdu kura fil Young People’s Unit ta’ l-Isptar Monte Carmeli f’H’Attard. Dan sehh lejlet il jum dinji iddedikat lis-sahha mentali li jigi ccelebrat fl-10 ta’ Ottubru. Il-klassi se tintuza minn madwar 12-il persuna li qed jghixu l YPU.

Is sinjura Muscat fakkret li dan huwa t tieni progett li ghamlet il- Fondazzjoni f’Monte Carmeli. ” L-ewwel ghamilna t-tisbih ta’ sala ghan-nisa u issa qeghdin fil- YPU, fejn jigu tfal u adulti zghar bi problemi ta’ sahha mentali. Din hi klassi li tintuza ta’ kuljum u min se juzaha se jsib ambjent ftit aktar ferriehi, modern u bil facilitajiet kollha biex it tfal jiehdu dak kollu li hu possibli mill-edukazzjoni.

Is-sinjura Muscat qalet li tittama li progetti bhal dawn izidu l gharfien fost il poplu dwar il-mard mentali u jwasslu ghal anqas stigma dwar dan il-mard biex b’hekk jiggwadanjaw dawk li ghandom problemi ta’ sahha mentali.