Tagħrif Dwarna

Imnieda fl-2014 u appoġġata mill-Bank of Valletta (BOV), The Marigold Foundation toffri appoġġ siewi kull fejn hemm bżonn. Il-Fondazzjoni hi kemm volontarja kif ukoll mingħajr skop ta’ profitt.

Bħala organizzazzjoni, il-Fondazzjoni tirrikonoxxi li diġa hawn ħafna assoċċjazzjonijiet, entitajiet u NGOs li qed jagħmlu xogħol impekkabbli madwar il-gżejjer Maltin. Il-kampanji ta’ informazzjoni, sforzi f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi u suċċessi f’xogħolhom jikkontribwixxu biex itejjbu l-ħajja u s-soċjeta’ tagħna. Dawn huma l-kolonni vera tal-komunita’ u jixraqilhom li jkunu appoġġati bl-aħjar modi possibbli.

The Marigold Foundation tidħol hawn. L-oġġettiv tagħna hu li b’mod pożittiv nawtorizzaw nies u naħdmu magħhom biex ngħollu l-livell, nappoġġaw inizzjattivi u nqawwulhom leħinhom.

Billi taħdem kemm f’livell makro kif ukoll mikro, aħna l-ħolqa ta’ katina fil-komunita’ li ngħinu f’diversi livelli u fi sferi differenti. L-għan tal-Fondazzjoni hu żvilupp kontinwu tal-komunita’ tagħna, filwaqt li tindirizza diversi aspetti tagħha bħal ma huma l-imġieba soċjali, aspetti tas-saħħa, bżonnijiet speċjali u l-edukazzjoni.

Biex tagħmel dan il-Fondazzjoni taħdem f’diversi modi u ma’ organizzazzjonijiet matul is-sena. Bl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi u attivitajiet oħra, kif ukoll bis-saħħa ta’ kampanji ta’ informazzjoni u programmi speċifiċi, il-Fondazzjoni tmexxi l-oġġettivi ‘l quddiem u tiffaċilita r-riżultati.

Biex issir taf aktar dwar The Marigold Foundation, ix-xogħol tagħna fil-komunita’ u kif tista’ tiġi involut/a, jekk jogħoġbok ikkuntattjana issa.