Hekk kif qed toqrob id-data tat-Tnejn 17 ta’ Jannar, l-Allejanza Nazzjonali tal-Mard Rari filwaqt li tħeġġeġ lil min jista jieħu l-booster sabiex jagħmel hekk, trid toffri vuċi lill-minoranza fil-pajjiż li tbati minn kundizzjoni u mard rari u li fil-każ tagħhom it-tobba rrakomandaw li jkun aħjar jekk ma jeħdux il-booster.
Quddiem din is-sitwazzjoni, li jekk ma tiġix indirizzata, se tkun qed tpoġġi lil dawn in-nies vulnerabbli f’iktar iżolazzjoni u f’nuqqas ta’ ugwaljanza u drittijiet, l-Allejanza tappella lill-Awtoritajiet tas-Saħħa u lill-Gvern sabiex jagħtu każ ta’ dawn in-nies u jassiguraw li ma jitħallewx waħidhom.